14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nanterre fit-12 ta’ Mejju 2010 — Société Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers
(Kawża C-234/10)
2010/C 221/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Nanterre
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable
Konvenut: Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament 1260/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-telf medju, għall-kategoriji kollha ta’ zokkor esportati, is-somma tan-nefqa attwali għandha tiġi diviża bis-somma tal-kwantitajiet esportati, irrispettivament minn jekk effettivament tħallsux jew le rifużjonijiet għal dawn il-kwantitajiet?
(2)
Ir-Regolament 1193/2009 (2) huwa invalidu fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001, sa fejn jistabbilixxi taxxa fuq il-produzzjoni taz-zokkor li hija kkalkolata abbażi ta’ telf medju fil-kalkolu li jinvolvi, sa fejn jikkonċerna z-zokkor esportat fil-prodotti pproċessati, multiplikazzjoni tal-ammont tal-unità tar-rifużjoni għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-prodotti u t-total tal-kwantitajiet esportati, inklużi l-kwantitajiet esportati mingħajr ġbir ta’ rifużjoni, u mhux ta’ diviżjoni tan-nefqa attwali magħmula bis-somma ta’ kwantitajiet esportati, b’rifużjoni jew mingħajrha?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy