31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — David Claes vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
(Kawża C-235/10)
2010/C 209/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: David Claes
Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal waqfien min-negozju wara dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ min iħaddem jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna l-istralċ u l-likwidazzjoni tal-istabbiliment ta’ kreditu li jħaddem minħabba insolvenza abbażi tal-Artikolu 61.(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar is-settur finanzjarju, waqfien min-negozju li fir-rigward tiegħu il-liġi nazzjonali tipprovdi li jiġi tterminat b’effett immedjat il-kuntratt ta’ impjieg?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-istralċjarju jew il-likwidatur jitqies bħala persuna li tħaddem li ppreveda sensji kollettivi u li kien f’pożizzjoni li jwettaq, f’din il-perspettiva, l-atti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva u li jipproċedi sabiex isiru s-sensji (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41) (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.
(2) Sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Rodríguez Mayor et, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.
Full & Egal Universal Law Academy