31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Sophie Jeanjean vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
(Kawża C-236/10)
2010/C 209/29
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sophie Jeanjean
Konvenut: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għal twaqqif tal-attivitajiet wara dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ dak li jħaddem jew wara deċiżjoni ġudizzjarja li tordna x-xoljiment u l-likwidazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li hija dak li jħaddem minħabba insolvenza abbażi tal-Artikolu 61(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar is-settur finanzjarju, twaqqif li fir-rigward tiegħu l-liġi nazzjonali tipprovdi għax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol b’effett immedjat?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kuratur jew il-likwidatur għandu jiġi mqabbel ma’ dak li jħaddem li qiegħed jikkunsidra tkeċċijiet kollettivi u li huwa f’pożizzjoni li jwettaq, għal dan il-għan, l-atti msemmiija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva u jeffettwa t-tkeċċijiet (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41) (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3 p. 327
(2) Sentenza tal-10 ta’ Diċembru 2009, Rodríguez Mayor et, li għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra.
Full & Egal Universal Law Academy