31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Miguel Remy vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
(Kawża C-237/10)
2010/C 209/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Miguel Remy
Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal waqfien tan-negozju wara dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ min iħaddem jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna x-xoljiment u tqegħid fi stralċ tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tħaddem, minħabba li tkun insolventi, fuq il-bażi tal-Artikolu 61.(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar is-settur finanzjarju, waqfien li fir-rigward tiegħu l-liġi nazzjonali tipprovdi ix-xoljiment immedjat tal-kuntratt ta’ xogħol?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li kuratur jew stralċarju għandu jiġi assimilat ma’ min iħaddem li kien ikkunsidra tkeċċijiet kollettivi u li, f’din il-perspettiva, qiegħed fil-pożizzjoni li jwettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva u jeffettwa t-tkeċċijiet (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41) (2)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.
(2) Sentenza, tal-10 ta’ Diċembru 2009, Rodríguez Mayor et, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.
Full & Egal Universal Law Academy