31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu) fit-12 ta’ Mejju 2010 — Volker Schneider vs Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
(Kawża C-238/10)
2010/C 209/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Volker Schneider
Konvenuta: Landsbanki Luxembourg SA, fi stralċ
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw għal waqfien ta’ negozju wara dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ min iħaddem jew ta’ deċiżjoni tal-qorti li tordna x-xoljiment u l-istralċ tal-istituzzjoni ta’ kreditu li timpjega n-nies għal insolvenza abbażi tal-Artikolu 61.(1)(a) u (b) tal-liġi emendata, tal-5 ta’ April 1993, dwar il-qasam finanzjarju, għal liema waqfien il-liġi nazzjonali tipprovdi għax-xoljiment b’effett immedjat tal-kuntratt ta’ xogħol?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 98/59/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kuratur jew l-istralċarju għandu jitqies fl-istess pożizzjoni bħal min iħaddem li qed jikkontempla li jagħmel sensji kollettivi u huwa kapaċi li jwettaq, f’din il-perspettiva, l-atti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tad-direttiva u li jagħmel is-sensji (Kawża C-323/08, punti 39, 40 u 41)? (2)
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327
(2) Sentenza tal-10 ta’ Diċembru 2009, Rodríguez Mayor et., li għadha ma ġietx ippubblika fil-Ġabra.
Full & Egal Universal Law Academy