14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2010 — Cathy Schulz-Delzers, Pascal Schulz vs Finanzamt Stuttgart III
(Kawża C-240/10)
2010/C 221/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cathy Schulz-Delzers, Pascal Schulz
Konvenut: Finanzamt Stuttgart III
Domandi preliminari
(1)
(a)
L-Artikolu 3(64) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz, EstG), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-snin 2005 u 2006, huwa kompatibbli mal-moviment liberu tal-ħaddiema skont l-Artikolu 45, kif jinsab fil-verżjoni kkonsolidata, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, TFUE (Artikolu 39 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, KEE)?
(b)
L-Artikolu 3(64) tal-EstG, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-snin 2005 u 2006, jinkludi diskriminazzjoni moħbija bbażata fuq in-nazzjonalità, u pprojbita skont l-Artikolu 18 TFUE (Artikolu 12 tat-Trattat KEE)?
(2)
Jekk tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 3(64) tal-EstG, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-snin 2005 u 2006, hija kompatibbli mal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 21 TFUE (Artikolu 18 tat-Trattat KEE)?
Full & Egal Universal Law Academy