14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenats Salzburg (l-Awstrija) fis-17 ta’ Mejju 2010 — Harald Jung u Gerald Hellweger vs Magistrat der Stadt Salzburg, parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt
(Kawża C-241/10)
2010/C 221/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat Salzburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Harald Jung u Gerald Hellweger
Konvenut: Magistrat der Stadt Salzburg
Parti oħra: Finanzamt Salzburg-Stadt
Domanda preliminari
L-Anness X [tal-Att ta’ Adeżjoni] bil-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea (1. Il-libertà ta’ movement tal-persuni) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-issekondar ta’ ħaddiema mill-Ungerija lejn l-Awstrija ma jistax jitqies bħala spostament ta’ dawn il-ħaddiema u li restrizzjonijiet nazzjonali dwar l-impjieg ta’ ħaddiema Ungeriżi fl-Awstrija japplikaw ukoll, fl-Awstrija, fir-rigward ta’ ħaddiema Ungeriżi (impjegati b’mod legali fl-Ungerija) issekondati minn impriżi Ungeriżi fl-Awstrija?
(1) ĠU L 236, p. 846
Full & Egal Universal Law Academy