31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia — Sezione Terza (l-Italja) fis-17 ta’ Mejju 2010 — ENEL Produzione SpA vs Autorità per l’energia elettrica e il gas
(Kawża C-242/10)
2010/C 209/33
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia, it-Tielet Awla
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ENEL Produzione SpA
Konvenuta: Autorità per l’energia elettrica e il gas
Domanda preliminari
L-Artikoli 23, 43, 49 u 56 tat-Trattat kif ukoll l-Artikolu 11(2) u (6) u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/54 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ma tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea, timponi b’mod permanenti fuq ċerti produtturi tal-elettriku li għandhom, f’ċirkustanzi partikolari, rwol essenzjali għas-sodisfazzjoni tal-bżonnijiet tat-talba għas-servizzi ta’ dispaċċ, li jippreżentaw offerti fis-swieq tal-borża tal-elettriku skont programmi stabbiliti esternament mill-operatur tan-netwerk, u li tneħħi r-remunerazzjoni ta’ dawn l-offerti mid-determinazzjoni libera tal-produttur billi torbotha ma’ kriterji li ma jkunux ġew iddeterminati bil-quddiem skont “proċeduri trasparenti, mhux diskriminatorji u bbażati fuq regoli tas-suq”?
Full & Egal Universal Law Academy