31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/26
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Griega
(Kawża C-248/10)
2010/C 209/36
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanasou-Apostolopoulou u A. Nijenhuis)
Konvenuta: Ir-Repubblika Griega
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma addottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/44/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fil-holdings fis-settur finanzjarju, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/44/KE fil-liġi nazzjonali skada fil-21 ta’ Marzu 2009.
(1) JO L 247, 21.9.07, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy