28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Mejju 2010 — Haltergemeinschaft LBL GbR vs Hauptzollamt Düsseldorf
(Kawża C-250/10)
2010/C 234/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Haltergemeinschaft LBL GbR
Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf
Domanda preliminari
Jekk tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda magħmula permezz tad-deċiżjoni tal-Bundesfinanzhof tal-1 ta’ Diċembru 2009 fil-Kawża C-79/10 li hija pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-persuna li tagħti l-ajruplan tagħha taħt kera jew charter, bil-karburant inkluż, tista’ tibbenefika mill-eżenzjoni mit-tassazzjoni prevista fl-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.
Full & Egal Universal Law Academy