31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Roma (l-Italja) fit-23 ta’ Marzu 2010 — proċeduri kriminali kontra Alessandro Sacchi
(Kawża C-255/10)
2010/C 209/38
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Alessandro Sacchi
Domanda preliminari
Liema hija l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikoli 43 u 49 KE dwar il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi, anki fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet tat-Trattat jawtorizzawx jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju favur l-Istat u sistema ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta’ numru determinat ta’ liċenzji, tipprovdi għal: a) l-eżistenza ta’ tendenza ġenerali li tipproteġi persuni li għandhom liċenzji li nħarġu preċedentement abbażi ta’ proċedura li eskludiet illegalment operaturi oħra; b) il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu de facto ż-żamma ta’ pożizzjonijiet kummerċjali li nkisbu permezz ta’ proċedura li eskludiet illegalment ċerti operaturi (pereżempju, billi pprekludiet li persuni liċenzjati ġodda jinstallaw il-kjosk tagħhom minn tal-inqas f’distanza speċifika minn dawk li diġà jeżistu); u ċ) l-iffissar ta’ sitwazzjonijiet li jwasslu għar-revoka tal-liċenzja u għal kisba ta’ depożiti ta’ garanzija ta’ ammonti kbar, inkluż il-każ fejn il-persuna liċenzjata topera direttament jew indirettament attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja?
Full & Egal Universal Law Academy