14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Dâmbovița (Ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2010 — Nicușor Grigore vs Regia Națională a Pădurilor Romsilva — Direcția Silvică București
(Kawża C-258/10)
2010/C 221/33
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunal Dâmbovița
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nicușor Grigore
Konvenuti: Regia Națională a Pădurilor Romsilva — Direcția Silvică București
Domandi preliminari
(1)
Il-perijodu li matul tiegħu persuna li tieħu ħsieb il-foresti, li taħdem tmien sigħat kuljum skont kif stabbilit fil-kuntratt ta’ xogħol tagħha, hija inkarigata tiżgura s-sorveljanza ta’ sezzjoni tal-foresta, billi tkun suġġetta għar-responsabbiltà dixxiplinari, patrimonjali, amministrattiva jew penali tagħha, skont il-każ, fir-rigward ta’ dannu kkonstatat fis-sezzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha, indipendentement minn meta jseħħ id-dannu, jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol?
(2)
Ir-risposta għall-ewwel domanda hija differenti jekk il-persuna li tieħu ħsieb il-foresti tkun tirrisjedi f’akkommodazzjoni pprovduta lilha fis-sezzjoni tal-foresta li hija responsabbli minnha?
(3)
Ikun hemm ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88/KE, intitolat “ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa”, fil-każ li, minkejja li l-kuntratt ta’ xogħol jipprovdi li l-ħin massimu ta’ xogħol huwa ta’ 8 sigħat u l-ħin massimu fil-gimgħa huwa ta’ 40 siegħa, il-persuna li tieħu ħsieb il-foresti hija, fir-realtà, skont obbligi legali, inkarigata tiżgura s-sorveljanza tas-sezzjoni tal-foresta li hija responsabbli minnha fuq bażi permanenti?
(4)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-persuna li timpjega għandha l-obbligu li tħallas il-pagi u l-benefiċċji li jistgħu jkunu marbuta magħhom għall-perijodu li matul tiegħu l-persuna li tieħu ħsieb il-foresti hija inkarigata tiżgura s-sorveljanza tal-foresta?
(5)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva, liema hija s-sistema legali applikabbli għall-perijodu li matul tiegħu l-persuna li tieħu ħsieb il-foresti hija inkarigata tiżgura s-sorveljanza tal-foresta li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381
Full & Egal Universal Law Academy