14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Lotta Gistö vs Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö
(Kawża C-270/10)
2010/C 221/39
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lotta Gistö.
Parti oħra interessata: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö.
Domandi preliminari
L-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet (1) għandu jiġi interpretat, fil-kawża li tirrigwarda lil Lotta Gistö, fis-sens li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, ir-residenza fiskali tagħha baqgħet il-Finlandja fl-2007, jew li l-Protokoll għandu jinftiehem, f’dan il-każ, li huma d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li, b’mod definittiv, jiddeterminaw obbligu fiskali illimitat fi Stat Membru, li fil-kawża preżenti huwa l-Finlandja?
(1) Protokoll (Nru 36) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (1965), ĠU C 321 E, p. 318.
Full & Egal Universal Law Academy