28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Vereniging van Educatieve en Wetenschappelijke Auteurs (VEWA) vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-271/10)
2010/C 234/36
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vereniging van Educatieve en Wetenschappelijke Auteurs (VEWA)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Domanda preliminari
(1)
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE (1), tad-19 ta’ Novembru 1992, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, li sar l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, li bis-saħħa tiegħu l-awturi għandhom tal-inqas jieħdu remunerazzjoni għal self pubbliku, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tistabbilixxi r-remunerazzjoni bħala rata fissa ta’ EUR 1 fis-sena għal kull persuna adulta u ta’ EUR 0,5 fis-sena għal minuri?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 120
(2) ĠU L 376, p. 28
Full & Egal Universal Law Academy