14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fl-1 ta’ Ġunju 2010 — David Montoya Medina vs Fondo de Garantia Salarial u Universidad de Alicante
(Kawża C-273/10)
2010/C 221/41
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: David Montoya Medina
Konvenuti: Fondo de Garantia Salarial u Universidad de Alicante.
Domanda preliminari
Leġiżlazzjoni bħal dak li tinsab fid-Digriet tal-Gvern tal-komunità awtonoma ta’ Valencia Nru 174/2002, tal-15 ta’ Ottubru 2002, intitolat Decreto […] sobre Régimen y Retribuciones del Personal Docente e Investigador Contratado Laboral de las Universidades Públicas Valencianas y sobre Retribuciones Adicionales del Profesorado Universitario (digriet dwar is-sistema u r-remunerazzjoni tal-persunal li jgħallem u tar-riċerkaturi bil-kuntratt mal-universitajiet pubbliċi ta’ Valencia u fuq ir-remunerazzjoni addizzjonali tal-korp akkademiku universitarju), tmur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fil-klawżola 4 tad-Direttiva 99/70/KE (1), sa fejn ma tagħtix lill-assistenti lecturers bid-dottorat (“profesores ayudantes doctores”) il-possibbiltà li jirċievu allowances ta’ anzjanità bħalma hija l-allowance ta’ kull tliet snin, meta dawn l-allowances jingħataw lill-lecturers bid-dottorat (profesores contratados doctores) b’kuntratt għal perijodu indeterminat?
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368)
Full & Egal Universal Law Academy