31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/30
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-276/10)
2010/C 209/42
Lingua tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u L. Jelínek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/118/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament, jew fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fis-16 ta’ Jannar 2009.
(1) ĠU L 372, p. 19
Full & Egal Universal Law Academy