31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/31
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-278/10)
2010/C 209/43
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Margelis u Iro Dimitriou)
Konvenuti: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx, jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/103/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/103/KE fis-sistema legali interna skada fil-5 ta’ Jannar 2009.
(1) ĠU L 327, 5.12.2008, p. 7
Full & Egal Universal Law Academy