28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/23
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2010 minn PepsiCo, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-9/07: Grupo Promer Mon Graphic SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), PepsiCo, Inc.
(Kawża C-281/10 P)
2010/C 234/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: PepsiCo, Inc. (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, A. Castán Pérez-Gómez, avukati, V. von Bomhard, avukat)
Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Gruppo Promer Mon Graphic SA
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-18 ta’ Marzu 2010, fil-Kawża T-9/07,
—
Tiddeċiedi l-kawża definittivament billi tiċħad l-ordni mitlub fl-ewwel istanza jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u
—
Tordna li r-rikorrent fl-ewwel istanza jiġi kkundannat għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata minħabba li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 25(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (1) meta:
(a)
naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni r-restrizzjonijiet fuq id-disinjatur fl-iżvilupp tad-disinn ikkontestat;
(b)
interpretat ħażin il-kunċett ta’ “utent informat” u l-livell ta’ attenzjoni tiegħu;
(c)
applikat kriterji ħżiena fl-evalwazzjoni tagħha ta’ “impressjoni ġenerali differenti”;
(d)
wettqet paragun bejn id-disinji bbażat fuq prodotti attwali fil-fajl iktar milli fuq id-disinji kif irreġistrati;
(e)
bbażat il-paragun fuq fatti żnaturati.
(1) Ir-Regolament tal- (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 27, p. 142).
Full & Egal Universal Law Academy