14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/27
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-286/10)
2010/C 221/43
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u M. van Beek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma kkomunikatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE (1), tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji u, fi kwalunker każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fis-26 ta’ Lulju 2008.
(1) ĠU L 164M, p. 317 (MT)
Full & Egal Universal Law Academy