14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/28
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-291/10)
2010/C 221/45
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek u S. Mortoni, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika Taljana, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/47/KE (1) tal-Kunsill, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, jew, f’kull każ billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt tali direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/47 skada fis-26 ta’ Lulju 2008.
(1) ĠU L 195, p. 15.
Full & Egal Universal Law Academy