14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākas tiesa Senāts (il-Litwanja) fil-15 ta’ Ġunju 2010 — Andrejs Eglītis u Edvards Ratnieks vs Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija
(Kawża C-294/10)
2010/C 221/46
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstāka tiesa Senāts.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Andrejs Eglītis u Edvards Ratnieks.
Konvenut: Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jingħad li trasportatur tal-ajru jkun ħa l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jiġu evitati ċirkustanzi straordinarji, dan huwa obbligat li jippjana r-riżorsi tiegħu fiż-żmien opportun, b’tali mod li jkun jista’ jagħmel t-titjira prevista wara t-tmiem taċ-ċirkustanzi straordinarji mhux prevedibbli, jiġifieri wkoll matul ċertu perijodu ta’ żmien wara l-ħin skedat għat-tluq?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, l-Artikolu 6(1) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq huwa applikabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-riżerva ta’ żmien minima li t-trasportatur, meta jippjana r-riżorsi tiegħu fiż-żmien opportun, għandu jipprevedi, bħala dewmien prevedibbli eventwali, fil-każ li jseħħu ċirkustanzi straordinarji?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy