14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez
(Kawża C-296/10)
2010/C 221/48
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bianca Purrucker
Konvenut: Guillermo Vallés Pérez
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (Regolament Brussell II bis) (1) huma applikabbli fil-każ fejn l-ewwel tkun tressqet kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru minn waħda mill-partijiet fil-qasam tar-responsabbiltà parentali sabiex jinkisbu miżuri provviżorji biss u sussegwentement titressaq kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor mill-parti l-oħra li titlob li tingħata deċiżjoni fuq il-mertu?
(2)
Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll meta deċiżjoni adottata fir-rigward ta’ proċeduri għal miżuri provviżorji separati fi Stat Membru ma tistax tiġi rikonoxxuta fi Stat Membru ieħor fis-sens tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 2201/2003?
(3)
Talba għal miżuri provviżorji li titressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru għandha tiġi ekwiparata ma’ talba għal deċiżjoni fuq il-mertu fis-sens tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 meta d-dritt proċedurali nazzjonali ta’ dan l-Istat jipprovdi li, sabiex jiġu evitati żvantaġġi tad-dritt proċedurali nazzjonali, għandha titressaq kawża quddiem l-imsemmija qorti, fi żmien determinat, sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243
Full & Egal Universal Law Academy