28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Amares fis-17 ta’ Ġunju 2010 — Cristiano Marques Vieira vs Companhia de Seguros Tranquilidade SA
(Kawża C-299/10)
2010/C 234/41
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial de Amares
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Cristiano Marques
Konvenuta: Companhia de Seguros Tranquilidade SA.
Domanda preliminari
F’inċident li jinvolvi ħabta bejn vetturi, fejn it-tort ma jista’ jiġi attribwit lil ebda wieħed mis-sewwieqa, u li jikkawża danni personali u materjali lil wieħed mis-sewwieqa (il-parti leża li qed titlob il-kumpens, li hija minuri), il-fatt li r-responsabbiltà għar-riskju tista’ tinqasam (Artikolu 506(1) u (2) tal-Código Civil), b’impatt dirett fuq l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas lill-parti leża għad-danni materjali u mhux materjali li jirriżultaw mid-danni personali subiti (fil-fatt dan it-tqassim ta’ responsabbiltà għar-riskju jwassal għal tnaqqis proporzjonali tal-ammont tal-kumpens), huwa kuntrarju għad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari għall-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva (Direttiva 72/166/KEE) (1), l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva (84/5/KEE) (2) u l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva (90/232/KEE) (3), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?
(1) Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10)
(2) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3)
(3) It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249)
Full & Egal Universal Law Academy