11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-21 ta’ Ġunju 2010 — Administración General del Estado vs Red Nacional de Ferrocarriles Españoles (RENFE)
(Kawża C-303/10)
2010/C 246/37
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Administración General del Estado
Konvenut: Red Nacional de Ferrocarriles Españoles (RENFE)
Domandi preliminari
1)
Il-frażi “fil-kuntest tat-trasport ta’ persuni u ta’ merkanzija fuq in-netwerks tal-ferroviji” li tinsab fl-Artikolu 8(2)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (1), sabiex tkun iddefinita l-eżenzjoni li f’dan il-kuntest l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għandha tkun suġġetta għal interpretazzjoni restrittiva, skont it-tifsira letterali tagħha, jew, bil-kontra, għandha tkun suġġetta għal interpretazzjoni wiesgħa li tinkludi l-eżenzjoni għall-karburant użat għall-magni għall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ferroviji li jiċċaqilqu permezz tal-linji tal-ferroviji?
(1) ĠU L 316, p. 12
Full & Egal Universal Law Academy