11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/22
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-304/10)
2010/C 246/38
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u D. Milanowska, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nfurmatx lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-Polonja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/82 skada fil-5 ta’ Settembru 2006.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 74.
Full & Egal Universal Law Academy