14.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/32
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-306/10)
2010/C 221/50
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Randvere, M. van Beek)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/47/KE (1) dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, u billi ma żguratx li jiġi konkluż il-kuntratt rilevanti bejn l-imsieħba soċjali, jew billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fis-27 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU L 164 M, 16.6.2006
Full & Egal Universal Law Academy