11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/24
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-311/10)
2010/C 246/41
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u Ł. Habiak, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex timplementa d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nfurmatx lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/46 skada fid-29 ta’ April 2009.
(1) ĠU L 263, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy