11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-30 ta’ Ġunju 2010 — Hubert Pagnoul vs L-Istat tal-Belġju — SPF Finances
(Kawża C-314/10)
2010/C 246/42
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hubert Pagnoul
Konvenut: L-Istat tal-Belġju — SPF Finances
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tat-Titolu 1 “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat-13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jinkludi [fil-parti l-kbira] id-dispożizzjonijiet li jidhru fl-Artikolu 6 tat-Titolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li hu stess daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (li kien l-Artikolu 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu li liġi nazzjonali, bħal dik tat-12 ta’Lulju 2009 li temenda l-Artikolu 26 tal-liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Cour d’arbitrage (1), milli jiġi meħtieġ li qabel isir referiment lill-Qorti Kostituzzjonali minn qorti nazzjonali li tistabbilixxi li ċitaddin li huwa persuna taxxabbli ġie mċaħħad mill-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantita mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, integrata fid-dritt Komunitarju, minn liġi oħra nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 49 tal-liġi qafas tad-9 ta’ Lulju 2004, mingħajr ma dik il-qorti ma tkun tista’ tiżgura immedjatament l-applikabbiltà diretta tad-dritt Komunitarju għall-kawża quddiema jew li tagħmel stħarriġ tal-konformità mal-Konvenzjoni meta l-Qorti Kostituzzjonali rrikonoxxiet il-kompatibbiltà tal-liġi nazzjonali mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mit-Titolu II tal-Kostituzzjoni?
(1) Moniteur belge tal-31 ta’ Lulju 2009, p. 51617.
Full & Egal Universal Law Academy