25.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fl-1 ta’ Lulju 2010 — Companhia Siderúrgica Nacional, Csn Caymann Ltd vs Unifer Steel SL, BNP Paribas (Suisse), Colepccl SA, Banco Português de Investimento SA (BPI)
(Kawża C-315/10)
2010/C 260/06
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Companhia Siderúrgica Nacional, Csn Caymann Ltd
Konvenuti: Unifer Steel SL, BNP Paribas (Suisse), Colepccl SA, Banco Português de Investimento SA (BPI)
Domandi preliminari
(1)
Il-fatt li l-awtoritajiet ġudizzjarji Portugiżi ddikjaraw lilhom infushom mingħajr ġurisdizzjoni minħabba ċ-ċittadinanza, biex jikkunsidraw rikors dwar kreditu kummerċjali, jikkostitwixxi ostakolu sabiex ir-rikorsi jinstemgħu flimkien, skont l-Artikoli 6(1) u [28] tar-Regolament Nru 44/2001 (1), meta jirriżulta li quddiem il-qrati Portugiżi jkun ġie ppreżentat rikors ieħor, ibbażat fuq l-eżerċizzju tal-actio pauliana, li fih jiġu mħarrka kemm id-debitur kif ukoll it-terz li qed jixtri, f’dan il-każ, kreditu, kif ukoll id-depożitarji nfushom tal-kreditu ttrasferit lit-terz li qed jixtri, li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Portugall, sabiex kollha kemm huma jkunu vinkolati mir-res judicata?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jista’ japplika direttament għall-każ inkwistjoni?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)
Full & Egal Universal Law Academy