28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fil-1 ta’ Lulju 2010 — Danske Svineproducenter vs Justitministeriet
(Kawża C-316/10)
2010/C 234/45
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Danske Svineproducenter
Konvenut: Justitministeriet
Domanda preliminari
(1)
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 249 KE (illum it-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFEU) u l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2005 (1), dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, kif ukoll l-Artikolu 3(f) u (g), flimkien mal-punt 1.1(f) u l-punt 1.2 tal-Kapitolu II, flimkien mal-Parti D tal-Kapitolu VII tal-Anness I ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri huwa preklużi milli jadottaw dispożizzjonijiet nazjonali li jipprovdu rekwiżiti dettaljati għall-għoli ta’ trasport intern, l-għoli ta’ spezzjoni u densità tat-tagħbija?
(1) ĠU L 3, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy