9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-323/10)
2010/C 274/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gebr. Stolle GmbH & Co. KG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domanda preliminari
Karkassa tas-subintestatura 0207 12 90 (1) għandha tkun kompletament (= integralment) imbattla b’mod li jkun dannuż għall-klassifikazzjoni tariffarja tagħha li parti mill-imsaren jew mit-trakea, pereżempju, tkun għadha magħquda mal-karkassa fi tmiem proċess mekkaniku ta’ tbattil?
(1) ĠU 1999 L 338, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy