9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgerichts Hamburg (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-324/10)
2010/C 274/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gebr. Stolle GmbH & Co. KG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domandi preliminari
(1)
Il-kunċett ta’ kompożizzjoni irregolari fis-sens tal-kodiċi tal-prodott 0207 12 90 9990 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-kodiċi jippermetti li mal-karkassa jistgħu jiżdiedu biss sa massimu ta’ erba’ ġewwieni fost dawk li huwa jindika, kemm ġewwieni waħdu jew diversi flimkien, bil-kundizzjoni li t-total ta’ erbgħa jkun osservat?
(2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: is-subintestatura 0207 12 10 (1) tkopri wkoll karkassi fejn wieħed mill-ġewwieni msemmija f’din is-subintestatura ikun ġie miżjud diversi drabi?
(1) ĠU L 322, 1 ta’ Diċembru 1998, p. 31.
Full & Egal Universal Law Academy