9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Doux Geflügel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-325/10)
2010/C 274/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Doux Geflügel GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domanda preliminari
Sriedaq u tiġieġ li jaqgħu taħt is-subintestatura 0207 12 10 (1) tan-Nomenklatura Magħquda għandhom ikunu ppreżentati kompletament imnittfin jew jista’ jkun aċċettat li xi rix żgħir, rix li jiksi t-tjur, ponot tar-rix u suf ikunu għadhom imwaħħlin mal-karkassa fi tmiem proċedura mekkanika ta’ tnittif?
(1) ĠU L 338, 30 ta’ Diċembru 1999, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy