9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Gebr. Stolle GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-326/10)
2010/C 274/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gebr. Stolle GmbH & Co. KG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domandi preliminari
(1)
Karkassa ta’ tjur li minnha parti mit-tjur li mhijiex aċċettata hija magħquda ma’ wieħed mill-ġewwieni awtorizzati mill-kodiċi tal-prodott 0207 12 90 9990 (1) taqa’ taħt il-lista tal-prodotti tal-Organizzazzjoni komuni tas-suq?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: waqt kontroll doganali intiż sabiex jiġi stabbilit jekk il-merkanzija ppreżentata għall-esportazzjoni hijiex konformi mal-lista tal-prodotti tal-Organizzazzjoni komuni tas-suq imsemmija fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, marġni ta’ żball jista’ jiġi aċċettat, b’mod li anomalija ma tkunx dannuża f’termini ta’ ħlas lura?
(1) ĠU L 322, 1 ta’ Diċembru 1998, p. 31.
Full & Egal Universal Law Academy