9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de apel Craiova (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Lulju 2010 — Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu vs Claudia Norica Vijulan
(Kawża C-335/10)
2010/C 274/10
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Târgu-Jiu, Administrația Fondului pentru Mediu.
Konvenuta: Claudia Norica Vijulan.
Domandi preliminari
(1)
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (l-ex Artikolu 90KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lil Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa fuq it-tniġġis irregolata mill-OUG Nru 50/2008 kif emendata mill-OUG Nru 218/2008, fejn huma eżentati mill-imsemmija taxxa l-vetturi b’magna M1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro 4 u kapaċità ċilindrika ta’ inqas minn 2 000 cm3, kif ukoll il-vetturi kollha b’magna N1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro 4, li kienu rreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, iżda mhux il-vetturi bil-mutur użati li huma simili jew kompetituri, li ġejjin minn Stat Membru ieħor u li kienu rreġistrati qabel il-15 ta’ Diċembru 2008, fejn l-imsemmija taxxa tista’ tikkostitwixxi taxxa interna, li tolqot il-beni li ġejjin minn Stati Membri oħrajn, indirettament diskriminatorja meta mqabbla mat-taxxa fuq il-prodotti nazzjonali, li tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali minn vetturi ġodda?
(2)
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (l-ex Artikolu 90KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lil Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa li għandha l-karatteristiċi tat-taxxa fuq it-tniġġis stabbilita mill-OUG Nru 50/2008 kif emendata mill-OUG Nru 218/2008, fejn huma eżentati mill-imsemmija taxxa l-vetturi b’magna M1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro 4 u kapaċità ċilindrika ta’ inqas minn 2 000 cm3, kif ukoll il-vetturi kollha b’magna N1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro 4, li kienu rreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor matul il-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, iżda mhux il-vetturi bil-mutur li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk imsemmija hawn fuq, li kienu rreġistrati matul l-istess perijodu fi Stati Membri oħrajn, fejn l-imsemmija taxxa tista’ tikkostitwixxi taxxa interna, li tolqot il-beni li ġejjin minn Stati Membri oħrajn, indirettament diskriminatorja meta mqabbla mat-taxxa fuq il-prodotti nazzjonali, li tipproteġi l-produzzjoni nazzjonali minn vetturi ġodda?
Full & Egal Universal Law Academy