9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Lulju 2010 — Zollamt Linz Wels
(Kawża C-351/10)
2010/C 274/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zollamt Linz Wels
Konvenuta: Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Salzburg
Parti oħra fil-kawża: LAKI D.O.O.E.L.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 558(1) flimkien mal-Artikolu 555(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2913/92 (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-4 ta’ Mejju 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm użu illegali ta’ mezz ta’ trasport fit-traffiku intern ladarba jkun hemm it-tagħbija tal-mezz ta’ trasport u l-bidu tat-trasport, fil-każijiet fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni ta’ traffiku intern bejn żewġ Stati Membri lill-vettura għall-użu kummerċjali, fejn it-tagħbija sseħħ f’wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri, iżda d-destinazzjoni (il-post tal-ħatt) tinsab fi Stat Membru ieħor u ma tkunx ingħatat awtorizazzjoni fir-rigward ta’ dan l-Istat l-ieħor?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 204(1)(a) flimkien mal-Artikolu 215 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dan il-każ, id-dejn doganali jitnissel fl-Istat Membru ta’ tagħbija u li dan l-Istat Membru huwa kompetenti jiġbor id-dazji fuq l-importazzjoni minkejja li huwa biss matul il-ħatt li jiġi stabbilit li t-trasport seħħ fi Stat Membru li fir-rigward tiegħu ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-użu tat-traffiku intern?
(3)
Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, barra minn hekk, l-Artikolu 61 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dan il-każ, l-importazzjoni ssir fl-Istat Membru tat-tagħbija u li dan l-Istat Membru huwa kompetenti jiġbor it-taxxa fuq il-valur miżjud għall-importazzjoni, minkejja li huwa biss matul il-ħatt li jiġi stabbilit li t-trasport seħħ fl-Istat Membru li fir-rigward tiegħu ma hemm ebda awtorizzazzjoni għall-użu tat-traffiku intern?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
(3) ĠU L 347, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy