23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo fit-13 ta’ Lulju 2010 — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E
(Kawża C-352/10)
2010/C 288/29
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Oviedo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Angel Lorenzo González Alonso
Konvenuti: Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E.
Domandi preliminari
L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju (1) għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv fis-sens li ma japplikax għal kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju u li joffri assigurazzjoni fuq il-ħajja inkambju għal ħlas ta’ kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 372, Vol. 1, p. 262
Full & Egal Universal Law Academy