9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2010 — Scrl Intercommunale Intermosane, ASBL Fédération de l’industrie et du gaz (Synergrid) vs L-Istat tal-Belġju
(Kawża C-361/10)
2010/C 274/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Scrl Intercommunale Intermosane, ASBL Fédération de l’industrie et du gaz (Synergrid).
Konvenut: L-Istat tal-Belġju.
Domandi preliminari
(1)
Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 8 sa 13 tad-Digriet Reali kkontestat, tat-2 ta’ Ġunju 2008, dwar ċerti standards minimi ta’ sigurtà ta’ ċerti installazzjonijiet elettriċi antiki fuq il-postijiet tax-xogħol, li jistabbilixxu rekwiżiti dwar ir-rejalizzazzjoni ta’ installazzjonijiet elettriċi, dwar il-kostruzzjoni ta’ materjal elettriku u dwar il-protezzjonijiet magħquda ma’ dan il-materjal sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema, jikkostitwixxu regoli tekniċi fis-sens tal-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (1) u tal-istandards dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni li l-proġetti tagħha għandhom ikunu s-suġġett ta’ notifika skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8(1) tal-istess direttiva?
(2)
Dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 8 sa 13 tad-Digriet Reali ċċitat iktar ’il fuq tat-2 ta’ Ġunju 2008, huma miżuri, fis-sens tal-Artikolu 1, in fine, tad-Direttiva 98/34/KE iċċitata iktar ’il fuq, li l-Istati Membri jqisu bħala neċessarji sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni, u b’mod partikolari tal-ħaddiema, waqt l-użu ta’ prodotti u li ma jolqtux il-prodotti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy