6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/4
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-362/10)
2010/C 301/06
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. La Pergola u K. Herrmann)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet u r-regolamenti neċessarji sabiex timplementa l-Artikoli 2, 3, 4, 6, 7, 8, 10 u 11 tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (1), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont ir-rikorrenti, sal-lum, ir-Repubblika tal-Polonja ma adottatx il-miżuri nazzjonali biex tittrasponi korrettament id-Direttiva 2003/98 fis-sistema legali nazzjonali. Il-liġi tas-6 ta’ Settembru 2001 dwar l-aċċess għall-informazzzjoni pubblika (ustawa o dostępie do informacji publicznej) ma tikkonċernax l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, peress li lanqas ma tiddefinixxi l-kunċett ta’ “użu mill-ġdid”. Anki għal din ir-raġuni biss, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din il-liġi ma jistgħux jikkostitwixxu t-traspożizzjoni korretta tad-Direttiva 2003/98.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 701.
Full & Egal Universal Law Academy