23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/20
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 minn EMC Development AB mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża T-432/05, EMC Development AB vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-367/10 P)
2010/C 288/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: EMC Development AB (rappreżentant: W.-N. Schelp, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
(i)
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2005;
(ii)
sussidjarjament, tannulla fl-intier tagħha jew parzjalment id-deċiżjoni appellata u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja ser eventwalment tipprovdi.
(iii)
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali, billi adottat il-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni fil-konfront tal-linji gwida, talbet lill-appellanti tagħti prova ta’ kwistjonijiet fattwali u qiegħdet oneru kbir fuq l-istess appellanti. B’hekk, hija fittxet li tirrikjedi prova tal-effetti tal-istandard mingħajr ma kkunsidrat il-kwistjonijiet usa’ u iktar fundamentali tan-natura tagħha. L-appellanti ssostni li dan jikkostitwixxi żball ta’ liġi u li ġie invertit l-ordni ta’ proċedura tat-testijiet fir-rigward tan-natura u l-effetti tal-istandard.
Full & Egal Universal Law Academy