23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-26 ta' Lulju 2010 — Pak-Holdco sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
(Kawża C-372/10)
2010/C 288/34
Lingwa tal-kawża: il-Polakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pak-Holdco sp. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
Domandi preliminari
(1)
Il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu, fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335/KEE, li tikkunsidra d-dispożizzjonijiet tad-direttivi li jemendawh, b'mod partikolari d-Direttivi 73/79/KEE u 73/80/KEE, anki jekk dawn tal-aħħar ma kinux iktar fis-seħħ fil-mument tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea?
(2)
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-esklużjoni tal-beni tal-kumpannija kapitali mill-bażi li fuqha huwa impost id-dazju kapitali, kif prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335/KEE, tikkonċerna biss il-beni tal-kumpannija kapitali li l-kapital tagħha jkun żdied?
Full & Egal Universal Law Academy