11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/35
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-374/10)
2010/C 246/60
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u M. Sundén)
Konvenuta: Ir-Renju tal-Isvezja
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma adottax, jew għallinqas billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, ir-Renju tal-Isvezja naqas mill-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu tat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-3 ta’ Awwissu 2009.
(1) ĠU L 184, p. 17.
Full & Egal Universal Law Academy