9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2010 — Elenca Srl vs Ministero dell’Interno
(Kawża C-385/10)
2010/C 274/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elenca Srl
Konvenut: Ministero dell’Interno.
Domandi preliminari
(1)
Iċ-ċirkolari kkontestat fl-ewwel istanza u r-regoli nazzjonali li ssir referenza għalihom huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja u mar-regoli li ssir referenza speċifika għalihom? B’mod partikolari, iċ-ċirkolari u r-regoli nazzjonali jiksru l-prinċipji u r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 89/106/KEE (1) dwar il-prodotti għall-bini, li bl-ebda mod ma timponi l-użu tas-simbolu KE, iżda, għall-kuntrarju, tipprovdi, (fl-Artikolu 6(1) u (2)) li l-Istati Membri “ma għandhomx iwaqqfu il-moviment liberu, it-tqegħid fis-suq jew l-użu fit-territorju tagħhom ta’ prodotti li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet” ta’ din id-direttiva, u għandhom jiżguraw li, “l-użu ta’ prodotti bħal dawn, għall-għan li ġew maħsuba għalih, ma jitwaqqfux minn regoli jew kundizzjonijiet imposti minn korpi pubbliċi jew korpi privati li jaġixxu bħala impriża pubblika jew f’isem korp pubbliku fuq bażi tal-pożizzjoni ta’ monopolju” u jippermettu li “prodotti mhux koperti b’Artiklu 4 (2) jitqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom jekk jissodisfaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali konsistenti mat-Trattat sakemm ma jingħatax lok mod ieħor mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej li għalihom jirreferi l-Kapitoli II u III”?
(2)
Iċ-ċirkolari kkontestat u r-regoli nazzjonali invokati fih jiksru, b’mod partikolari, l-Artikoli 28 sa 31 tat-Trattat KE, li jipprojbixxu restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet u miżuri li għandhom effett ekwivalenti, sa fejn jissuġġettaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li joriġina minn Stat Membru Komunitarju ieħor, bħal fil-każ preżenti, għal rekwiżit tekniku, speċifikament, l-użu tas-simbolu KE — possibbli u legali biss jekk ikun hemm standard armonizzat korrispondenti — li jwassal għal projbizzjoni tal-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodott inkwistjoni fuq it-territorju tal-Italja, bi ksur tal-prinċipji stabbiliti mill-imsemmija dispożizzjonijiet tat-Trattat KE u mil-liġi Komunitarja, li jiżguraw kompetizzjoni ħielsa, billi jeżiġu prinċipji adegwati li jiżguraw trattament ugwali, kif ukoll trasparenza, proporzjonalità u rispett tad-drittijiet ta’ kull impriża?
(3)
Skont ir-regoli Komunitarji ta’ kompetizzjoni effettiva fil-qasam li jirrigwarda din il-kawża, il-parlament nazzjonali u l-awtoritajiet amministrattivi kellhom jevitaw milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi li ssir referenza għalihom fiċ-ċirkolari u fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006?
(4)
Fl-aħħar, il-pluraliżmu u l-kompetizzjoni fil-qasam inkwistjoni li huma żgurati mil-liġi Ewropea, huma protetti mir-regoli nazzjonali — bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006 (b’mod partikolari l-Artikolu 285 u l-paragrafi 2.7 u 3.4 tal-Anness IX tat-Taqsima II) — li jistabbilixxu u jimponu r-restrizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 9, p. 296.
Full & Egal Universal Law Academy