4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/12
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-387/10)
2010/C 328/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet tal-parti rikorrenti
Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE u l-Artikolu 36 ŻEE, inkwantu adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet legali li permezz tagħha tillimita r-rappreżentazzjoni fiskali ta’ fondi tal-investiment u ta’ fondi immobiljari għall-istabbilimenti ta’ kreditu u t-trustees nazzjonali.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont il-Kummissjoni, dispożizzjonijiet, li permezz tagħhom huma biss l-istabbilimenti ta’ kreditu u t-trustees nazzjonali li jistgħu jinħatru bħala rappreżentanti fiskali ta’ fondi tal-investiment u ta’ fondi immobbiljari, joħolqu rekwiżit tal-istabbiliment li jillimita l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
B’mod kuntrarju għall-pożizzjoni tal-Awstrija, id-dispożizzjonijiet ikkontestati ma huma meħtieġa la sabiex itejbu l-kwalità tar-rappreżentanza fiskali u lanqas sabiex iħarsu l-interessi tal-investituri u tal-amministrazzjoni finanzjarja marbuta mal-adempiment korrett tal-obbligi fiskali. Għalhekk, ma tirriżulta ebda ġustifikazzjoni għal-limitazzjoni imposta fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
Full & Egal Universal Law Academy