9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/16
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-391/10)
2010/C 274/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li r-Renju tal-Belġju, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (1), jew, f’kull każ, billi ma nnotifikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE skada fit-3 ta’ Awwissu 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f’kull każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 184, p. 17.
Full & Egal Universal Law Academy