9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fl-4 ta’ Awissu 2010 — Dermod Patrick O’Brien vs Ministry of Justice (li kien id-Department for Constitutional Affairs)
(Kawża C-393/10)
2010/C 274/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dermod Patrick O’Brien
Konvenut: Ministry of Justice (li kien id-Department for Constitutional Affairs)
Domandi preliminari
(1)
Hija l-liġi nazzjonali li għandha tiddetermina jekk imħallfin, b’mod ġenerali, humiex jew le “ħaddiema li għandhom kuntratt jew relazzjoni tal-impjieg” fis-sens tal-klawsola 2.1 tal-ftehim qafas, jew teżisti regola Komunitarja li taħtha għandha tiġi deċiża din il-kwistjoni?
(2)
Jekk l-imħallfin, b’mod ġenerali, huma ħaddiema li għandhom kuntratt jew relazzjoni tal-impjieg fis-sens tal-klawsola 2.1 tal-ftehim qafas, il-liġi nazzjonali tista’ tiddistingwi (a) bejn imħallfin full-time u imħallfin part-time, jew (b) bejn imħallfin part-time taħt sistemi differenti għad-definizzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni?
Full & Egal Universal Law Academy