9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/17
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-394/10)
2010/C 274/26
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Troosters u J. Sénéchal, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/24/KE skada fil-15 ta’ Settembru 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax l-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kienx innotifikahom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 105, p. 54.
Full & Egal Universal Law Academy