9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/18
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-395/10)
2010/C 274/27
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u V. Peere, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (1), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, Franza naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE skada fl-14 ta’ Mejju 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta ma kinitx għadha adottat il-miżuri ta’ traspożizzjoni meħtieġa jew, f’kull każ, hija ma kinitx ikkomunikathom lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 108, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy