9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/19
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-398/10)
2010/C 274/29
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanasou-Apostolopoulou u A. Alcover San Pedro, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tikkonstatata li billi ma adottatx il-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil Komunità Ewropea (Inspire), jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE fis-sistema legali interna skada fil-15 ta’ Mejju 2009.
Full & Egal Universal Law Academy