9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/20
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-407/10)
2010/C 274/31
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u E. Randvere)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja naqset milli tikkomunika l-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/47/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007 (li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi u Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali);
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fil-21 ta’ Diċembru 2008.
(1) ĠU L 247, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy